Fl-Ingilterra Mara Tgħid Li Għanda Kanċer Terminali U Nefqet £16,000 F’Donazzjonijiet

 Fl-Ingilterra Mara Tgħid Li Għanda Kanċer Terminali U Nefqet £16,000 F’Donazzjonijiet

Megan Scotcher ta’ 28 sena minn Ripley, Derbyshire fl-Ingilterra ġiet akkużata fil-qorti li nefqet £16,000 minn donazzjonijiet li ġabret wara li qalet li għanda kanċer terminali.

Hija ġabret donazzjonijiet bejn Ġunju u Diċembru tal-2020 fejn bosta nies li kienu jafuha għamlu ġabriet biex jgħinu lil Megan. Saħansitra kien hemm ħabib tagħha li anke għamel 1,000 kilometru ġirja bir-rota biex jiġbor donazzjonijiet għaliha.

Il-Prosekuturi qalu li Megan Scotcher meta kienet tifla verament kellha kanċer li fieqet minnu, però hi s-sena l-oħra bdiet tgħid li dan il-kanċer kien reġa’ ħareġ u issa kien wieħed terminali. Huma komplew jgħidu li wara infetħet paġna online sabiex tibda tiġbor donazzjonijiet fejn din kienet ireklamata ukoll f’gazzetti popolari fl-Ingilterra fosthom fuq ‘Derby Telegraph’ u ‘The Sun’.

Kienet omma stess li bdiet tiddubita mit-tifla tagħha hekk kif f’Ottubru tas-sena l-oħra Megan qaltilha li t-tobba qalulha li għanda sa Jannar ħajja. Dan filwaqt però li lil omma kienet tħalliha barra meta kienet tmur magħha l-isptar għal-appuntament, bl-iskuża tal-Covid.

Darba minnhom omma pruvat iċempel wieħed mit-tobba li kienet qed tmur għandu Megan, però dan apparentement ma kienx jeżisti.

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li Megan Scotcher li hija omm ta’ tliet itfal pruvat tagħmel suwiċidju wkoll fl-aħħar ġimgħat.

Finalment hija ammettiet mal-Pulizija li għamlet dan kollu minħabba li għanda d-dejn mal-ex raġel tagħha.

Hija ġiet ikkundannata 10 xhur ħabs sospiżi għal sena filwaqt li qallet ċamata mill-Imħallef fil-qorti dwar il-gideb terribli li qalet u dak li għamlet lill-familja u l-ħbieb tagħha.

Ritratt: The Mirror

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com