Chaya Connor Se Tirrapreżenta Lil Malta F’ ‘The Look Of The Year 2021 World Fashion Event’
Chaya Connor ta’ 15-il sena minn Buġibba se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna f’ The Look of the Year 2021 World Fashion Event li se jsir f’San Remo.
Minn ċkunitha kienet tħobb timmudella u anke ssegwi konkorsi internazzjonali tal-moda u l-make up. Issewgi wkoll siti soċjali relatati ma’ dan is-suġġett.
Matul dawn l-aħħar snin kellha wkoll xi opportunitajiet biex tieħu sehem fuq catwalks fejn imbagħad f’din l-aħħar sena bdiet tattendi ċentru tal-immudellar bl-isem ta’ Vipaj Academy fejn hemmhekk bdiet tibni karrattru u personalità f’ dan il-qasam.
Issa ġietha opportunità biex tkun hi li tirrappreżenta lil Malta fil-konkors internazzjonali The Look of the Year 2021 World Fashion Event fejn għalih jattendu persuni rinomati madwar id-dinja fil-qasam tal-moda.
Il-qofol ta dan il-festival se jkun nhar il-Ħadd li ġej. Awguri Chaya.