“Il-Ħidma Fil-lokal Tagħna Trid Tkun Kontinwa U Bla Waqfien” – Is-Sindku Ta’ San Gwann Trevor Fenech
F’messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu s-Sindku ta’ San Gwann Trevor Fenech qal li matul din il-ġimgħa saru diversi xogħolijiet importanti sabiex ikomplu jagħmlu l-lokal sabiħ, nadif u aħjar.
Trevor Fenech qal li matul din il-ġimgħa sar żbir u manutenzjoni fil-ġonna u soft areas f’diversi żoni f’San Gwann, dan apparti tindif u ġbir ta’ skart madwar l-IBins kollha.
Matul din il-ġimgħa tkompla xogħol ukoll fuq bankini ġodda sabiex tkompli tittejjeb l-infrastruttura u l-aċċessibbilta’ għal kulħadd.