Caroline Muscat Tgħid Li Manuel Delia Sejjer 6 Xhur Programm Imħallas Fl-Ewropa
F’artiklu li kitbet Caroline Muscat l-editur ta’ Shift News qalet li Manuel Delia ħa jkun qed jattendi programm Ewropew imħallas għal sitt xhur.
Muscat qalet dan wara li diversi persuni għamlu kuntatt magħha dwar dak li ġie żvelat ilbieraħ filgħaxija u Shift News sa ftit ħin ilu kienet għada fil-muta.
Caroline Muscat tgħid li taf dawn id-dettalji għaliex dan l-istess programm kien offrut lilha wkoll. Hija tkompli tgħid li Manuel Delia ħa jkun qed jattendi dan il-Programm waqt li jibqa’ jaħdem u jitħallas.
Muscat qalet li “ġurnalist li jkun qed jirċievi theddid serju jaf li m’għandux iħabbar li ħa jkun qed jitlaq mill-pajjiż, u jekk hi daqshekk serja ma’ tħallix il-familja warajk.”
Hija kompliet tgħid li meta hi kellha uffiċjali tas-sigurtà magħha l-ħin kollu minħabba theddid li kienet tirċievi qatt ma għamlet dan pubbliku, lanqas meta hi ukoll kellha titlaq minn Malta, ħadd ma kien jaf dwar dan.
Matul il-jum il-Prim Ministru Robert Abela qal li kien f’kuntatt mal-Kummissarju tal-Pulizija biex jkun żgur li Manuel Delia jkolli l-protezzjoni kollha. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ukoll tkellem dwar din l-istorja u kkundanna t-theddid li kien qed jirċievi Delia u talab sabiex tittieħed azzjoni.