“L-Attivitajiet Fuq Il-Fosos Huma Rigal Lill-Poplu Wara Xhur Ta’ Sagrifiċċju” – Clayton Bartolo
“L-attivitajiet fuq il-Fossos tal-Furjana huma rigal lill-poplu Malti u Għawdxi wara xhur ta’ sagriffiċji”, hekk saħaq il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo fejn bħalissa qed jittellgħu numru ta’ attivitajiet sbieħ fuq il-fosos.
Dan il-post huwa sinonimu mal-ispettakli li kważi għal sentejn sħaħ, il-poplu ħaseb li għad fadallu biex jerġa’ jgawdieh.
Iżda lbieraħ stess, bl-attività It’s a kind of magic mill-BBC Orchestra, il-poplu kellu mument ta’ rilassament u pjaċir fejn ittaffa ftit l-istress min-nuqqas ta’ mumenti divertenti bħal dawn. B’kollox, ilbieraħ attendew madwar 5,500 persuna.
B’organizzazzjoni kompleta u bil-pubbliku jimxi mar-regoli u l-istruzzjonijiet, l-attività tal-bieraħ kienet waħda suċċess tant li l-pubbliku preżenti anke qam bil-wieqfa jiżfen u jkanta f’postu stess, mal-kantanti fi tliet sigħat ta’ pjaċi kontinwu.
Allegrat is-serata wkoll il-kantanta Maltija Brooke bil-vuċi sabiħa tagħha. L-ispettaklu tan-nar tal-ajru ma naqasx li dan kien ukoll sinkronizzat mal-mużika.
“Kommessi li b’iżjed enerġija ser inkomplu naħdmu biex pajjiżna jissaħħaħ u jasal għal mira tiegħu li jkun ċentru ta’ eċċellenza turistika”, temm jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.
Issa jmiss li fit-28 ta’ Settembru li ġej issir Pete Tong Classics + The Heritage Orchestra. Titilfuhiex!