Tifel Ta’ 10 Snin Kien Qed Isuq Rota U Ntlaqat Minn Vettura F’Ħal Qormi
Fi stqarrija mill-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Pulizija ntqal li llum, għal ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar , il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Flora, Ħal Qormi.
Intqal li wara stħarriġ li sar, irriżulta li tifel ta’ 10 snin, li kien qed isuq rota, ġie milqut minn Hyundai Getz li kienet qed tinstaq minn Filippin ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi.
It-tifel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.