“Kien ‘Bluff’ Min-Naħa Tiegħi. La Għandi Propjetà F’Londra U Mkien Iżjed Fid-Dinja” – Ian Castaldi Paris
Il-Gazzetta MaltaToday fi storja ppubblikata llum spjegat kif is-serjè ta’ messaġġi li kien hemm bejn Yorgen Fenech u l-Membru Parlamentari Laburista Ian Castaldi Paris kienu kollha ‘hot air’; jiġifieri messaġġi fl-arja għaliex dak li kien qal Castaldi Paris kien kollu ‘bluff’.
Intqal li l-MP ammetta li: “It was pure bluff from my end. I have no property, neither in London, nor in any part of the world” (ma għandu propjetà la f’Londra u mkien ieħor fid-dinja) meta kien mistoqsi jekk dawn l-akkwisti humhiex iddikjarati fl-assi tiegħu.
Ian Castaldi Paris saħaq li din l-azzjoni kienet xi ħaġa stupida min-naħa tiegħu. Qal ukoll li tkellem mal-awtoritajiet biex spjegalhom dan.