Bil-Filmat: Emozzjonat Fl-Ewwel Kummenti Tiegħu L-President Tal-Motorsport Federation Wara T-Tħabbira Tat-Trakka
Hekk kif dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela waqt lagħqa tal-kabinett ħabbar l-investiment ta’ €20 miljun għal bini tat-trakka tal-karozzi, kienu bosta id-dilettanti li laqgħu b’ferħ din l-aħbar.
Il-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsports Duncan Micallef fl-ewwel kummenti tiegħu waqt din il-lagħqa deher emozzjonat bl-aħbar, fejn qal li dawn l-aħħar 7 xhur ħadmu lejl u nhar sabiex din il-ħolma ssir realtà.
Duncan Micallef irringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima u l-kumplament tal-kabinett tax-xogħol tagħhom f’dan ir-rigward. Huwa qal li dan il-proġett se jkun tal-ogħla livell u qal li ħa jkun qed jagħmel minn kollox sabiex isem pajjiżna jġib is-suċċessi f’dan l-isport.