Il-Partit Nazzjonalista Jilqa’ T-Tħabbir Tal-Proġett Ta’ Trakka Ġdida Tal-Motorsport

 Il-Partit Nazzjonalista Jilqa’ T-Tħabbir Tal-Proġett Ta’ Trakka Ġdida Tal-Motorsport

Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Edukazzjoni u l-Isport Clyde Puli fi stqarrija qal li l-PN qed jilqa’ t-tħabbir tal-proġett ta’ trakka ġdida tal-motorsport.

“Din hija faċilitá sportiva li ilha mixtieqa u mistennija minn ħafna dilettanti u entużjasti Maltin,” sostna Clyde Puli.

Huwa kompla jgħid li l-Partit Nazzjonalista però jinnota li din hija t-tielet darba li l-Partit Laburista qiegħed iwiegħed trakka lejliet l-elezzjoni ġenerali minkejja li l-wegħda baqgħet ma twettqitx fuq żewġ leġislaturi in fila ta’ Gvern Laburista. “Issa t-trakka qed tiġi mwegħdha għat-tielet darba,” tenna l-Kelliem tal-PN.

Clyde Puli temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess li jwettaq il-wegħda li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li din it-trakka titwettaq għall-benefiċċju tal-isportivi Malti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com