Allegatament Waqa’ Żewġ Sulari U L-Imgħallem Flok Ħadu L-Isptar Ħallieh Fil-Ġenb Ta’ Triq
“Allegatament dan ir-raġel waqa’ żewġ sulari fuq il-post tax-xogħol tiegħu. L-Imgħallem tiegħu qallu li ħa jieħdu l-isptar, minflok tefgħu fl-art fil-ġenb ta’ triq.” Dan huwa dak li r-rakkontat Caroline Galea hekk kif pruvat flimkien ma’ oħrajn jgħinu lil dan ir-raġel.
“Why? staqsiet Caroline fil-post tagħha fuq il-mezzi soċjali. “Because he is working without a permit. And the legal ramifications of that seem to outweigh ensuring the safety and care of a fellow human,” qalet Galea, fejn kitbet li tinsab id-diżgustata b’dan kollu.
“Ir-raġel kien imbeżża’ u ferut serjament, beda jgħid li ma riedx imut u ma riedx imur il-ħabs. Kien qed jibża’ wisq biex jgħid minn kien li għamillu hekk,” tenniet Caroline Galea.
Aħna tkellimna ma’ Caroline Galea ukoll fejn qaltilna li waqt li kienet għaddejja ma’ ħabiba tagħha bil-karozza min din it-triq viċin Selmun raw lil dan ir-raġel mal-art fejn kien ġa hemm tliet persuni oħra jgħinuh. Huma waqfu għax kellhom l-ilma għaliex ħasbu li kien taħ xi ħass ħażin. Però r-raġel kien ġa qal lil persuni l-oħra x’kien ġralu. Hekk kif kienu qed jistennew lill-Pulizija u l-Ambulanza jaslu fuq il-post Caroline pruvat ixarablu ftit wiċċu fejn qalet ukoll li dak il-ħin qalha ukoll bi tbatija kbira b’dak kollu li kien għadda minnu.
Il-Pulizija qed jinvestigaw dan il-każ.