Sewwieq Ta’ Mutur Sofra Ġrieħi Gravi F’Aċċident Taħt Il-Mini Ta’ Santa Venera
Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza fi Triq Reġjonali, taħt il-mini ta’ Santa Venera.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal xi t-8:30pm, fejn mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li seħħet ħabta bejn mutur Honda SH150 misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 29 residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.