L-Awtorità Tal-Ippjanar Approvat Il-Permess Biex Jibda Xogħol Ta’ Riġenerazzjoni Fuq Ix-Xatt Ta’ Birżebbuġa
Proġett ieħor li huwa parti mill-masterplan ta’ Birżebbuġa kiseb l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar biex jibdew xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fuq ix-xatt ta’ Birżebbuġa.
Il-proġett jinkorpora bosta interventi ta’ titjib u tisbiħ tul il-medda tax-xatt ta’ Triq San Patrizju, li jinkludu mhux biss tisbiħ tal-istess xatt, iżda wkoll iżjed faċilitajiet pubbliċi, kostruzzjoni ta’ ġiebja, titjib fis-sistema tal-ilma u rijorganizzazzjoni tax-xelters tat-trasport pubbliku.
Dan il-proġett huwa stmat li se jiswa madwar €3,500,000 u x-xogħlijiet mistennija jibdew is-sena d-dieħla u jitlestew lejn l-aħħar tas-sena 2024.
Dan l-investiment jikkumplimenta proġetti oħra tal-gvern f’Birżebbuġa, fosthom biex jagħti lura l-ispazji pubbliċi liċ-ċittadin Maltin, filwaqt illi jtejjeb il-prodott turistiku u l-kwalità tal-ħajja Maltija. Dawn il-proġetti jinkludu l-park ta’ Bengħajsa u l-kostruzzjoni ta’ parkeġġ ġdid.