Hawn ‘Influencers’ Li Biex Jattiraw In-Nies Lesti Jinbagħdu Magħhom?
F’pajjiżna u anke fid-dinja kollha, jeżistu persuni li nsejħulhom ‘influencers’ li xogħlhom huwa li jattiraw il-pubbliku biex isegwiehom.
Dan isir għal bosta raġunijiet fosthom biex jinbiegħu prodotti bil-benefiċċju li l-influencer jingħata s-servizz, prodott jew xi jkun (tista’ tkun attività bħal biljetti ta’ kunċerti jew safar), b’xejn.
Hawn ukoll persuni li jiddiskutu s-suġġetti attwali fil-pajjiż. F’Malta, dan mhux inqas.
Taħsbu li jkunu qed jesaġeraw dawn in-nies jew li nkella, ma jżommux prinċipju u jkollhom f’moħħhom biss li jattiraw in-nies?
Għidulna x’taħsbu!
Ritratt: Digital Marketing Institute