Raġel Isofri Ġrieħi Serji Fi Blue Lagoon
Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Blue Lagoon, Kemmuna.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li Niġerjan ta’ 28 sena sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) u ġie meħud il-Port tal-Imġarr. Hemmhekk, kien hemm ambulanza b’tim mediku li ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
Ritratt: choiceholidays.eu