Hospice Malta Tinkoraġixxi Negozji U Konsumaturi Biex Jagħmlu Donazzjoni Ta’ €1 Waqt Pink October
Hospice Malta qed tinkoraġġixxi negozji lokali, kif ukoll il-komunità, biex jagħmlu donazzjoni ta’ €1 b’risq il-pazjenti b’kanċer tas-sider waqt ix-xahar ta’ Pink October. Dan billi jipparteċipaw fl-inizjattiva Hospice Malta Pink October.
Hairdressers, beauticians, nail technicians u massage therapists qed ikunu nkoraġġuti jipparteċipaw fil-kampanja ta’ tqajjim ta’ kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider billi ssir donazzjoni ta’ €1 għal kull klijent li jaqdu
fil-ħwienet tagħhom matul ix-xahar ta’ Ottubru. In-negozji kollha tat-tip li huma interessati jissapportjaw lil Hospice Malta tul Ottubru jistgħu jikkuntattjaw lil Hospice biex jirċievu d-dettalji tal-kampanja billi jibgħatu
email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 21440085.
Kull sena, f’Ottubru, id-dinja tingħaqad biex turi s-sapport tagħha lil dawk kollha li għaddejjin bil-battalja tagħhom kontra l-kanċer tas-sider. Filwaqt li noffru s-sapport lill-pazjenti li għandhom kanċer tas-sider matul is-sena kollha, f’Ottubru qed naħdmu bis-sħiħ biex inqajmu kuxjenza, nikkampanjaw u niġbru l-fondi biex inkomplu noffru din il-kura paljattiva b’xejn għal dawk kollha li għandhom bżonnha f’Malta.
Id-donazzjonijiet se jippermettu lil Hospice Malta biex tkompli tgħin lill-pazjenti u lill-qraba tagħhom billi tipprovdi diversi servizzi inkluż kura fid-djar, unit tat-terapija ta’ kuljum, Idroterapija, Bereavement Support,
servizzi ta’ Care Assistant, self ta’ tagħmir speċjalizzat, servizzi on-call wara l-ħinijiet tax-xogħol u trasport għall-pazjenti. Se jkunu qed jgħinu wkoll lil Hospice biex tibni l-kumpless ġdid tagħha – St. Michael Hospice, li mistenni jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku lejn tmiem l-2022.
Imwaqqfa fl-1989, l-irwol primarju ta’ Hospice Malta huwa li tipprovdi u tippromwovi servizzi ta’ kura paljattiva b’xejn għal pazjenti li qed isofru minn kanċer, motor-neuron disease, mard kardijaku, mard respiratorju, u mard tal-fwied u l-kliewi.
Għal aktar informazzjoni dwar kif tista’ tgħin lil Hospice biex tkompli tgħin lil dawk fil-bżonn, żur www.hospicemalta.org jew ċempel fuq (+356) 21440085.
For more information, visit https://hospicemalta.org/