“Il-Qtil Barbaru Tal-Fjammingi Qed Jisraq Poplu Sħiħ Mit-Tgawdija Ta’ Speċi Protetta” – Peter Agius
Wara l-każ li seħħ ilbieraħ fejn żagħżugħ ta’ 23 sena spiċċa l-ħabs wara li qatel erba’ flammingi bosta kienu dawk li kitbu r-reazzjoni tagħhom fuq il-mezzi soċjali. Bosta kienu dawk li kkundanaw dan l-att kriminali fejn fost l-oħrajn l-FKNK qalet li dan iż-żagħżugħ mhux postu fis-soċjetà ċivili.
Peter Agius il-Kelliem ewlieni tal-PN f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li “aħna lkoll għadna dritt ingawdu n-natura!”
Fil-ħsieb tiegħu huwa kompla jgħid li “dan il-qtil barbaru t’erba’ fjammingi fil-Qawra allura qed jisraq poplu sħiħ mit-tgawdija ta’ speċi protetta.”
Apparti min hekk qed “jagħmilha aktar diffiċli għall-kaċċatur responsabbli li jiddefendi d-delizzju ta’ kaċċa sostenibbli,” temm jgħid Peter Agius fil-messaġġ tiegħu.
Ritratt: Denis Cachia