Il-PN Jiġbor €343,563 Waqt Maratona Ġbir Ta’ Fondi
Matul il-ġurnata tal-bieraħ il-Partit Nazzjonalista organizza maratona ġbir ta’ fondi bit-tema ‘Kun il-Bidla’ li laħqet is-somma ta’ €343,563.
Fi tmiem il-maratona l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ sostenn għall-Partit Nazzjonalista u wiegħed li d-donazzjonijiet mogħtija se jkunu qed jiġu nvestiti biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jwassal il-messaġġ tiegħu bl-aħjar mod possibbli.
Matul il-ġurnata kien hemm numru ta’ intervisti dwar il-politika u l-proposti li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista bħala Gvern alternattiv.