Fi Ftit Sigħat Mark Zuckerberg Jitlef $7 Biljun
Fi ftit sigħat Mark Zuckerberg il-fundatur ta’ Facebook jitlef $7 Biljun wara li l-ikbar siti soċjali użati fid-dinja waqfu jaħdmu totalment.
Din il-ħsara waqfet miljuni ta’ nies milli jużaw Facebook, Instagram u WhatsApp, b’riżultat li l-ishma tal-kumpanija niżlu b’4.9% għal $121.6 biljun.
Dan it-telf irriżulta wkoll li Mark Zuckerberg jitlef post fil-lista ta’ l-aktar nies sinjuri fid-dinja.
F’dawn l-aħħar jiem ukoll bdew ħierġin dokumenti sensittivi ħafna li Facebook żamm mistur li jittrattaw stħarriġ li sar u riżultati li ħarġu dwar l-użu ta’ dawn l-apps soċjali. Wall Street Journal beda jippubblika dawn id-dokumenti interni wara li l-whistleblower Frances Haugen ta’ 37 sena kellha aċċess għalihom peress li kienet taħdem ma’ Facebook. Dawn id-dokumenti juru li Instagram qiegħed iħalli impatt negattiv fuq is-saħħa mentali tal-adolexxenti. Ġie żvelat ukoll li Facebook għen biex inħoloq ambjent ta’ vjolenza fost il-partitarji ta’ Donald Trump li spiċċat f’ħerba fil-bini ta’ Capitol Hill. Facebook jidher li kien żied diversi sigurtà biex tnaqqas il-misinformazzjoni matul l-elezzjoni fl-Amerika, però dawn tneħħew wara li għadda kollox.