L-Avukati Prattikanti Fil-Qorti T’Għawdex Ser Ikomplu Bl-Azzjoni Tagħhom Wara Laqgħa Li Saret Illum

 L-Avukati Prattikanti Fil-Qorti T’Għawdex Ser Ikomplu Bl-Azzjoni Tagħhom Wara Laqgħa Li Saret Illum

Iċ-Chief Executive Officer tal-Aġenzija tal-Qrati, Eunice Grech Fiorini, flimkien mal-Assistent CEO tal-Aġenzija tal-Qrati, Head Officer tal-Human Resources, iċ-Chief of Staff tal-Ministru għall-Ġustizzja, u ċ-Chief Marshall tal-Qorti ta’ Malta ltaqgħu mal-avukati prattikanti f’Għawdex, dalgħodu fil-bini tal-Qorti t’Għawdex.

Dan ġie konfermat permezz ta’ stqarrija fejn ntqal li waqt din il-laqgħa ngħatat l-aħbar li ġiet appuntata deputat reġistratur kif ukoll informazzjoni dwar miżuri li ser jittieħdu u cioe’ li Marixxall minn Malta ser ikunu għalissa jaqsam lejn Għawdex darbtejn fil-ġimgħa u eventwalment jiġu ta’ kull jum. Issemmiet ukoll il-possibilità’ li jinġab aktar staff sabiex is-sitwazzjoni tiġi mtejjba.

Min-naħa tagħhom l-avukati fissru d-diffikultajiet kollha li qeghdin iħabbtu wiċċhom magħhom. Partikularment peress li wara l-azzjoni kollettiva li ttieħdet f’Ġunju li għadda, qajla sar progress, bis-sitwazzjoni tkompli tiddeġenera ruħha.

L-Avukati jqisu li dawn il-miżuri ma jindirizzawx adegwatament il-bżonnijiet urġenti tal-Qorti t’Għawdex u fid-dawl ta’ dan kollu, sakemm ma jkunx hemm progress materjali permezz persuni li jkunu assenjati mal-Qorti t’Għawdex, l-avukati prattikanti quddiem il-Qorti t’Għawdex ser ikomplu bl-azzjoni kollettiva tagħhom u mhux ser jattendu għas-seduti ffissati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com