Il Fuq Minn €80,000 Fi Flus Miżmuma Mid-Dwana Tal-Ajruport
Ilbieraħ passiġġier b’passaport Ingliż, qabel ma’ tela’ fuq titjira lejn Istanbul, ippreżenta lilu nnifsu fl-Uffiċju tad-Dwana biex jagħmel dikjarazzjoni li tinvolvi €81,220 kif ukoll £165.
Madanakollu, meta ġie mistoqsi dwar l-oriġini tal-flus, il-passiġġier ma kkonvinċiex lill-awtoritajiet dwar il-leġittimità tagħhom. Għalhekk, skont il-leġislazzjoni sussidjarja 233.07 tal-liġi ta’ Malta, il-flus kienu miżmuma mid-Dwana filwaqt li l-FIAU, u l-pulizija mit-taqsima tal-kriminalità finanzjarja flimkien mal-awtoritajiet, ġew innotifikati.
Ritratt: customs.gov.mt