Franċiża Tingħata Libertà Kundizzjonata Wara Li Weġgħet Anzjan B’Mod Gravi F’Għawdex
Mara Franċiża ta’ 29 sena ngħatat sentenza ta’ libertà kundizzjonata għall-perjodu ta’ sentejn wara li tressqet il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Simone Grech.
Hija ġiet akkużata li kkaġunat ġrieħi gravi fuq anzjan ta’ 73 sena min-Nadur u ħsarat b’mod involontarju, kif ukoll b’sewqan negliġenti u perikoluż, fost l-oħrajn.
Il-Każ seħħ ilbieraħ meta l-mara Franċiża li kienet qed issuq karozza ħabtet ma’ mutur li kien misjuq mill-anzjan.
Hija ammettiet l-akkużi u ngħatat sentenza ta’ libertà kundizzjonata għall-perjodu ta’ sentejn.
Il-Qorti ordant ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan għal tlett xhur.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.