Filmat U Żifna Biex Jfakkru L-Jum Dinji Għall-Kundizzjoni Taċ-Cerebral Palsy
Cerebral Palsy forsi mhux kulħadd jaf xi tfisser imma din hija kundizzjoni serja ħafna li taffettwa n-nervituri ta’ persuna, b’nuqqas ta’ bilanċ li jaffettwa l-mobbilità tal-persuna.
Illum 6 ta’ Ottubru hija ġurnata dedikata għal din il-kundizzjoni sabiex jinħoloq aktar għarfien madwar id-dinja.
Gabriel huwa tifel li jbati min din il-kundizzjoni però flimkien mal-familja tiegħu qed jiġġieled din il-kundizzjoni sabiex jipprova jgħix ħajtu mill-aħjar li jista’. “Cerebral Palsy u mhux, xorta jaf jgħix, jidħaq, jitbissem, jilgħab, jattendi l-iskola u jistudja,” qalet Omm Gabriel f’messaġġ li kitbet biex tfakkar din il-ġurnata.
Gabriel u oħtu għal din il-ġurnata għamlu wkoll filmat fejn żifnu flimkien b’messaġġ fid-diska li jħobbu lil xulxin kif inhuma.
Hija qalet li Gabriel qatt ma jaqta qalbu u rnexxielu jegħleb diversi sfidi għaliex hemm huma wkoll li jipprovdulu l-għodda u l-faċilitajiet li għandu bżonn.
Però omm Gabriel qalet li f’Malta hawn nuqqas kbira ta’ għarfien dwar din il-kundizzjoni u bosta familji bit-tfal b’din il-kundizzjoni taċ-Cerebral Palsy qed isibu diversi diffikultajiet u nuqqas ta’ għajnuna kbira.