“Għalkemm Kien Tarbija Żgħira U Fraġli, Xorta Ġġieled B’Kuraġġ Kbir” – Puttinu Cares

 “Għalkemm Kien Tarbija Żgħira U Fraġli, Xorta Ġġieled B’Kuraġġ Kbir” – Puttinu Cares

Aħbar ta’ qsim il-qalb dalgħodu hekk kif Juan, tarbija ta’ xahrejn ħalla din id-dinja lbieraħ filgħaxija fis-7:10pm, “biex Alla laqgħu f’idejh il-ġenna.” Hekk kitbet Solange, omm Juan f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali fejn ħabret din l-aħbar b’qalb maqsuma għal din it-telfa.

Solange u Antoine fil-messaġġ tagħhom irringrazzjaw minn qalbhom lil kulħadd tal-appoġġ u talb tagħhom filwaqt li rringrazzjaw b’mod speċjali lil Puttinu Cares li kien ta’ għajnuna kbira għalihom.

Fil-messaġġ li kitbet Solange ħabret li l-aħħar tislima taċ-ċkejken Juan ser tingħata għada fit-3:30pm fil-Bażilika ta’ Santa Marija fil-Mosta.  Hija x-xewqa tal-ġenituri li tkun tislima kkulurita u flok fjuri, jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu Cares.

Putinu Cares permezz tal-mezzi soċjali tagħhom ukoll sellmu liċ-ċkejken Juan fejn qalu li “għalkemm kien tarbija żgħira u fraġli, xorta ġġieled b’kuraġġ kbir. Il-Ġenituri tiegħek Solange u Antoine għalmuna xi tfisser il-vera mħabba u rispett anke fl-agħar mumenti tal-ħajja.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com