Taljana Ta’ 18-il Sena Tweġġa’ Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku B’E-Scooter
Tfajla ta’ 18-il sena weġġgħet gravi f’aċċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għal xi n-nofsiegħa, fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm Taljana ta’ 18-il sena, u Audi A3, li kienet qed tinstaq minn raġel mill-Portugall ta’ 38 sena residenti l-Gżira.
It-tfajla ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.