Elezzjoni Ġenerali Fl-Aħħar Ta’ Novembru?

 Elezzjoni Ġenerali Fl-Aħħar Ta’ Novembru?

Ħafna qed isaqsu din il-mistoqsija li bħal li kieku kuljum qed nippruvaw naqdu biċċa biċċa x’ikun qed jintqal biex naslu għal din ir-risposta.

Wara li lbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Papa ħa jkun qed jżur Malta fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla dan jelimina kważi għal kollox il-possibbiltà li ssir elezzjoni f’Marzu.

Waħda mir-raġunijiet li ġiet posposta żjara tal-Papa kienet li matul din iż-żjara l-pajjiż irid ikun f’sitwazzjoni kalma u mingħajr arja ta’ elezzjoni.

Allura l-possibbiltà li ssir elezzjoni f’Novembru żdiedet u żdiedet bi kbir. Dan għaliex b’elezzjoni f’Novembru l-pajjiż ikun reġa’ qabad ir-ritmu tal-ħajja normali mal-bidu tas-sena 2022, li jagħmel iż-żjara tal-Papa aktar fi stabbilita.

Jibqa’ possibbiltà oħra dik li ssir elezzjoni f’Ġunju li fl-opinjoni tiegħi naħseb li m’hiex l-aħjar triq għall-pajjiżna. Dan għaliex xorta waħda fiż-żjara tal-Papa ħa jkollok arja ta’ elezzjoni u apparti minn hekk naħseb pajjiżna ma ‘ jiflaħx 8 xhur oħra ta’ stennija dan għaliex ħafna attivitajiet ta’ propaganda mill-Ministri u kandidati kif ukoll iż-żewġ Partiti l-Kbar diġà bdew u bdew sew.

Xini l-opinjoni tagħkom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com