Bżonn Urġenti Ta’ Demm Speċjalment O Positive
It-talba għad-demm hija dejjem hemm però xi drabi tkun aktar urġenti minn ġranet oħra dan minħabba ċirkustanzi differenti li jistgħu jwasslu li r-riserva tad-demm tonqos sew.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm qed jappella sabiex dawk li jistgħu jagħtu d-demm jagħmlu dan, speċjalment dawk li għandhom demm tat-tip O positive li t-talba hija waħda urġenti.
“Napprezzaw li d-donazzjonijiet tad-demm isiru ILLUM jew GĦADA L-ĦADD,” kitbu f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħhom Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm.
Infakkru li l-għoti tad-demm jista’ jsir hekk kif ġej:
- fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.
- fil-Mobile Blood Donation Unit li għada l-Ħadd 10 t’Ottubru mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun maġenb il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
- fil-Berġa tax-Xewkija li għada l-Ħadd 10 t’Ottubru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.