Mħabbra T-Tema Għall-Budget 2022

 Mħabbra T-Tema Għall-Budget 2022

Propju dalgħodu f’jum il-Budget 2022, il-Prim Ministru Robert Abela għadu kemm ħabbar it-tema u l-ħsieb tal-budget għas-sena ddieħla – ‘Malta li rridu għal uliedna.’

Permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali huwa qal li “b’dan il-ħsieb f’moħħna li fassalna l-baġit li se nkunu qed inħabbru llejla.”

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li rridu “Naħdmu għal Malta li rridu ngħixu fiha llum. Iżda trid tkun ukoll Malta li wliedna jsibuha b’saħħitha biex fiha jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.”

Il-Budget għas-sena 2022 se jkun qiegħed jiġi ppreżentat mill-Ministru Clyde Caruana l-lejla fis-6:30pm fil-Parlament.

Is-sit tagħna ħa jkun qed iżommkom aġġornati matul il-ġurnata kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com