Żewġ Kantanti Qed Jirrappreżentaw Lil Malta F’Sanremo Junior Fl-Italja

 Żewġ Kantanti Qed Jirrappreżentaw Lil Malta F’Sanremo Junior Fl-Italja

Propju nhar il-Ħamis li ġej 14 ta’ Ottubru ħa jkun qed jiġi organizzat it-12-il Edizzjoni tal-Finali Internazzjonali ta’ Sanremo Junior fl-Italja, ġewwa t-Teatru prestiġjuż dak tal-Ariston f’Sanremo.

Dalgħodu fuq il-mezzi soċjali tagħha s-Sindku tal-Mosta Romilda Zarb awgurat lil Shaznay Mangion tifla Mostija ta’ 10 snin li ħa tkun qed tirrappreżenta lil Malta f’dan il-festival. “Is-sabiħ li nara l-Mostin ċkejknin tagħna jagħmlu unur għalihom personali iżda wkoll għall-pajjiżna,” tenniet Romilda Zarb.

Din is-sena Malta se tkun ir-rappreżentata minn żewġ kantanti solisti li ntgħażlu minn ġurija esperta Taljana. Dawn huma Shaznay Mangion li se tinterpreta kanzunetta oriġinali li jisimha ” When you’re my age” fil-Kategorija A2 fejn l-eta’ hija dik ta’ bejn l-10 snin u t-12 -il sena, filwaqt li Krista Šujak li għandha 14-il sena se tkun qed tkanta kanzunetta cover version bl-isem “Anyone” fil-Kategorija A3 rispettivament, fejn l-eta’ hija dik ta’ bejn it-13 u l-15 -il sena.

Nawgurawlhom kull suċċess!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com