Jiżdied Ukoll L-Allowance Għal Tfal B’Diżabilità
Ftit tal-ħin ilu tħabbar ukoll li ser ikun qed jiżdied l-allowance għal tfal b’diżabilità. Iż-żieda se tkun b’€5 b’nefqa totali ta’ €0.5 miljun.
Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li issa l-allowance ser jogħla għal €1,560 fis-sena.
Għall-benefiċċju tal-qarrejja tagħna, dan kollu jfisser, żieda ta’ €13 fil-ġimgħa jew inkella €676 f’sena.
Il-Ministru Caruana tenna wkoll li ser ikun qed jiġi introdott servizz ta’ Community Hub fit-Tramuntana ta’ Malta fejn persuni b’diżabilità jistgħu jirċievu taħriġ speċjalizzat fuq aspett diversi li għandhom x’jaqsmu mal-għejnxien indipendenti.
Semma wkoll kif ser tinbeda l-estensjoni tas-servizzi ta’ psikoloġisti għall-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom.