Se Jsir Aktar Investiment Fir-Residenza San Vinċenz De Paul

 Se Jsir Aktar Investiment Fir-Residenza San Vinċenz De Paul

Il-Gvern ser ikompli wkoll jinvesti fir-Residenza għal Kura fit-Tul f’San Vinċenz de Paul u anke fil-kumpless Rużar Briffa bħala parti mill-proġett ta’ Day Hospital.

Fil-fatt, intqal li ser tiġi installata faċilità ta’ CT Scan speċjalizzata. Caruana semma kif dan il-proġett ser jitkompla ma’ dak li tnieda f’Settembru fejn ġiet provduta magna tal-X-Ray f’dan il-kumpless.

Dawn huma servizzi li se jkunu għall-utilità tal-anzjani mill-istess residenza kif ukoll anzjani mill-komunità. Se jsir ukoll ġnien għall-persuni bid-dimensja fl-istess residenza.

Ritratt: Il-Kumpless Rużar Briffa li nfetaħ ftit jiem ilu mill-Ministru għall-Anzjani u Anzjanità Attiva Dr Michael Farrugia

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com