‘First Time Buyers’ Li Jixtru Propjeta Vakanti Għal Iżjed Minn 7 Snin F’Għawdex Jirċievu €30,000

 ‘First Time Buyers’ Li Jixtru Propjeta Vakanti Għal Iżjed Minn 7 Snin F’Għawdex Jirċievu €30,000

Il-Ministru Clyde Caruana ħabbar li għal propjetajiet li ilhom mibnija għal iżjed minn 20 sena u li huma vakanti għal aktar minn 7 snin, kif ukoll għal propjetajiet li huma f’UCA u dawk ġodda li jinbnew bi stil ta’ arkitettura tradizzjonalija Maltija, ser titneħħielhom it-taxxa tal-Capital Gains u anke t-taxxa tal-boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-propjetà.

Semma kif il-Gvern jixtieq jara propjetajiet b’gallariji u faċċati sbieħ b’wirt Malti.

“Din il-miżura tgħodd ukoll għal min bħalissa għandu l-konvenju u għadu ma għalaqx il-kuntratt.”

Qal ukoll, kif il-first time-buyers ta’ dawn il-propjetajiet imsemmija, ser jirċievu grant ta’ €15,000.

Iżjed minn hekk, semma wkoll kif First-time buyers li jixtru dawn it-tip ta’ propjetajiet ġewwa Għawdex ser jirċievu grant bil-valur doppju jiġifieri €30,000.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com