Mhux Ħati Li Wettaq Frodi Billi Ħa Xirjiet Mil-Lidl U Ma Ħallasx
Vincenzo Maniscalco; Taljan ta’ 42 sena residenti f’San Pawl il-Baħar, ma nstabx ħati li wettaq frodi għad-danni tal-Lidl.
Maniscalco kien akkużat li kien jimla trolleys bix-xiri u jibqa’ ħiereġ ‘il barra bla ma jħallas. Intqal ukoll li mara kienet kompliċi miegħu.
Fil-qorti ntqal ukoll li t-Taljan kien dejjem imur għand l-istess kaxxiera Taljana oħra li kienet tippanċja ftit ċenteżmi.
Il-Prosekuzzjoni kienet qalet li huma kien jieħdu bejn €300 u €400 f’xirja u li din seħħet 32 darba.
Madanakollu, il-Qorti li kienet preseduta mill-Maġistrat Simone Grech, qalet li ma hemmx provi biżżejjed biex t-Taljan jinstab ħati. Hija innotat ukoll li l-Prosekuzzjoni ma ressqitx lill-kaxxiera bħala xhud.