“Il-Ħsieb Tiegħi Jmur Lil Hinn Minn Dak Partiġġjan” – Alex Borg

 “Il-Ħsieb Tiegħi Jmur Lil Hinn Minn Dak Partiġġjan” – Alex Borg
Wara d-diskors tal-bieraħ, kont nistenna ħafna aktar fuq Għawdex u l-Għawdxin.
Issemmew diversi proposti, pero’ tħallew oħrajn barra wkoll:
✅ €30,000 għal ‘first-time buyers’ li jinvestu fi djar abbandunati f’Għawdex tajba ħafna 🤔 Issa j’Alla li xħin imorru għal self mill-bank biex jixtru jingħataw il-loan li jkollhom bżonn dawn il-koppji.
✅Tajjeb li ser jibda’ r-restawr fuq l-akwedotti għax hemm bżonn li nibżgħu għal dan il-wirt.
✅Tajjeb li għaddej ix-xogħol fuq il-pixxina u l-iskola primarja tar-Rabat 🤔 J’Alla dawn ma nerġgħux nisimgħu l-istess kliem is-sena d-dieħla fuqhom.
✅ Tajjeb li fl-aħħar il-ħaddiema mal-kuntrattur ser jibdew jitħallsu tal-Ħdud bid-doppja.
✅Trasport Pubbliku b’xejn hija proposta tajba ħafna, pero’ issa ma ninsewx l-effett li jista’ jkollha fuq meżżi ta’ trasport oħra 🤔 u għala dan ser iseħħ bħal llum sena u mhux fi ftit xhur oħra.
Pero’ min-naħa l-oħra:
❌ Il-metro ma jissemma’ mkien wara ħafna pompa ftit jiem ilu.
❌ Ma jerġax jissemma r-raba’ vapur u ser nibqgħu inħallsu €15,000 kera ta’ kuljum.
❌ L-Isptar t’Għawdex nibqgħu nħallsu l-eluf kuljum mit-taxxi tal-poplu għal sptar li m’għadhux tagħna, flok ħdimna biex dan inġibuh lura.
❌ L-ebda ħsieb għal spazju miftuħ għall-familji tagħna.
❌ Il-‘breakwater’ ta’ Marsalforn jerġa’ ma jissemma’ mkien u nibqgħu nistennew. Lanqas kif ser tiġi solvuta l-problema tal-Port tal-Mġarr għad detriment tas-sajjieda.
❌ Id-dar tal-anzjani li kien beda’ dan il-Gvern stess, tibqa’ fuq l-ixkaffa.

❌ Kont nistenna’ wkoll li nisma’ xi ħaga fuq ix-Xlendi u l-problemi li hemm imma dan ma smajtu mkien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com