Id-Droga Mhix Il-Problema Propja – Hemm Iżjed Problemi Moħbija Warajha
Għalkemm huwa fatt li d-droga hija ta’ detriment qawwi għal bosta aspetti u raġunijiet, speċjalment dak uman, wieħed irid jifhem għaliex bniedem jirrikorri għad-droga?!
Din hija l-mistoqsija kruċjali li anke fi programmi ta’ rijabilitazzjoni jsaqsu lill-addict. Għaliex xi ħadd jibda jagħmel użu mid-droga? X’wassal lill-persuna tagħmel hekk?
Fiha ħafna x’taħseb! Għaliex mhux bilfors trid tkun għaddej minn sitwazzjoni li tidher viżibbli f’għajn il-pubbliku, eżempju; separazzjoni (biex nagħtu eżempju) jew xi trawma imma trid tfittex iżjed fil-fond tal-bniedem biex tara għalxhiex beda jieħu.
Għalkemm qatt mhu ragonevoli li tagħmel hekk, hi x’inhi s-sitwazzjoni tiegħek, din hija realtà.
Dan u aktar fil-programm GRAMMA fuq TVM nhar ta’ Tlieta fl-10.30pm bi preżentazzjoni ta’ Clifford Galea.