Żewġ Sewwieqa Ġarrbu Ġrieħi F’Aċċident Tat-Traffiku F’San Ġwann
Żagħżugħ ta’ 20 sena sofra ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi.
L-aċċident seħħ illum, għall-11:30am, fi Triq Tas-Sliema, San Ġwann.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, BMW 320D misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti San Ġwann u Audi A3 misjuqa minn mara ta’ 59 sena residenti l-Mosta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet iż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, ix-xufier tal-BMW ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.