“Il-Ministeru Tal-Edukazzjoni Reġa’ Mar Lura Għas-Sitwazzjoni Li L-Iskejjel Kienu Fiha Tliet Ġimgħat Ilu” – Il-PN
“Is-sarima li prova jagħmel il-Ministeru tal-Edukazzjoni lill-edukaturi mhux biss splodiet f’wiċċu meta l-qorti ċaħdet il-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-unions, iżda ħliet ħafna ħin prezzjuż biex tinstab soluzzjoni għall-ġid tal-istudenti u l-għalliema.”
Dan ntqal fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista dwar dak li ħareġ mill-Qorti lbieraħ, filwaqt li l-Kelliem għall-Edukazzjoni u Sport Clyde Puli saħaq li l-Ministeru tal-Edukazzjoni reġa’ mar lura għas-sitwazzjoni li l-iskejjel kienu fiha tliet ġimgħat ilu, jiġifieri nuqqas t’għalliema f’numru kbir ta klassijiet.
“Dan kollu minħabba n-nuqqas ta informazzjoni u n-nuqqas ta djalogu mal-għalliema,” sostna Puli.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jsostni li l-unika triq ‘l quddiem hija dik ta’ djalogu ġenwin u kostruttiv mal-edukaturi. “Żmien is-sarimi u l-bullying għadda,” temm jgħid il-PN.