“Ma Rridu Nagħmlu L-Ebda Sarima Ma Ħalq Ħadd” – Il-Ministeru Għall-Edukazzjoni
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni permezz tal-mezzi soċjali kiteb li kien qed jinnota d-deċiżjoni tal-Qorti meħuda lbieraħ.
Fil-messaġġ li kiteb il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li ma ried jagħmel l-ebda sarima ma ħalq ħadd, iżda jara u hekk se jibqa’ jara, l-interessi tat-tagħlim lil-istudenti filwaqt li ma jtellef xejn mid-drittijiet tal-edukaturi.
“Il-Ministeru se jibqa’, kif dejjem kien, disponibbli għal diskussjoni biex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi li jinqalgħu minn żmien għal-ieħor, u mhux għal konfrontazzjoni,” temm jgħid il-Ministeru għall-Edukazzjoni.