Bulgaru Ta’ 50 Sena Jitlef Ħajtu Wara Li Waqa’ Tliet Sulari F’Sit Ta’ Kostruzzjoni
Bulgaru ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar, tilef ħajtu waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni u waqa’ madwar tliet sulari.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-11:00am, fi Triq Karmnu Abela, il-Ħamrun.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta