Tifel Determinat U Ma Jaqtax Qalbu – Jirbaħ Żewġ Kompetizzjonijiet F’Ġurnata Waħda

 Tifel Determinat U Ma Jaqtax Qalbu – Jirbaħ Żewġ Kompetizzjonijiet F’Ġurnata Waħda

Slavin Col Schembri huwa tfajjel ċkejken ta’ 7 snin mis-Siġġiewi li tkellimna miegħu hekk kif il-Ħadd li għadda rebaħ żewġ unuri fi ftit sigħat.

Slavin il-Ħadd ħa sehem f’żewġ kompetizzjonijiet waħda tal-kant u oħra tal-imudellar. Fil-kompetizzjoni tal-kant huwa kkompeta fil-konkors ‘Melodija Maġika’ fejn kanta diska oriġinali tiegħu bil-Malti bl-isem ta’ ‘Żugraga’, kliem ta’ Etienne Micallef u mużika ta’ Dominic Cini.

Permezz ta’ din id-diska  huwa ikklassifika fit-tieni post mill-kanzunetti kollha li kienu qed jikkompetu, però ġie fl-ewwel post bl-aqwa preżentazzjoni tad-diska. Slavin xtaq jirringrazzja lill-għalliema tal-vuċi tiegħu Joseph Chircop u Ritienne Azzopardi tal-kuraġġ u l-paċenzja tagħhom biex jkompli jitgħallem.

Eżattament wara din il-kompetizzjoni, f’temp ta’ nofs siegħa kien ħa jkun qed jikkompeti f’kompetizzjoni oħra din id-darba tal-imudellar organizzata minn Gaffiero Productions.

Huwa hawnhekk ukoll irnexxielu jikklassifika fl-ewwel post mill-kategorija tiegħu bħala ‘Little Mr. Malta 2021.’

Prosit ħafna Slavin!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com