Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li min-Nhar it-Tnejn li ġej 25 t’ Ottubru, ser tibda tingħata t-tilqima tal-influwenza miċ-Ċentri tas-Saħħa.
L-ewwel persuni li jistgħu jibbenefikaw minn din it-tilqima huma persuni ta’ ‘l fuq minn 55 sena.