“Beppe Fenech Adami Bl-Arroganza Bagħat ‘Jordnali’ Sabiex Nattendi Għall-PAC” – Konrad Mizzi

 “Beppe Fenech Adami Bl-Arroganza Bagħat ‘Jordnali’ Sabiex Nattendi Għall-PAC” – Konrad Mizzi

“Ilbieraħ tard filgħaxija, Beppe Fenech Adami bl-arroganza kollha bagħat ‘jordnali’ sabiex nattendi għall-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-lum.” Hekk kiteb l-eks Ministru Konrad Mizzi fuq il-midja soċjali tiegħu fejn qal li mhux ser joqgħod għal din l-arroganza.

Tenna li għandu dritt li jkun assistit minn avukat tal-fiduċja tiegħu waqt il-laqgħa tal-kumitat u li dan ma jistax isir illum minħabba li l-avukat huwa indispost.

“Għażiż Beppe, għal kumitat se nattendi, serraħ rasek, f’ġurnata konvenjenti għall-partijiet kollha. Mhux se nħallik tagħmel dan il-kumitat eżeċizzju politiku pariġġjan sabiex joskura il-ħidma tal-Gvern Laburista u joskura l-benefiċċji li ta dan il-proġett, fosthom r-roħs tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, t-tnaqqis fl-emissjonijiet fl-arja, u l-għeluq tal-Power Station”, temm jgħid Mizzi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com