Julia Farruġia Portelli Tikkonferma L-Kandidatura Tagħha

 Julia Farruġia Portelli Tikkonferma L-Kandidatura Tagħha

Dalgħodu, permezz tal-paġna tagħha fuq facebook, Julia Farruġia Portelli ħabbret iż-żewġ distretti li ser terġa tkun qed tikkontesta fl-elezzjoni ġenerali jmiss. Dawn huma l-ħames u s-seba’ distrett. Il-Ħames distrett huwa kompost mil-lokalitajiet tal-Qrendi, Żurrieq, Birżebbuġa, Mqabba, Kirkop, Ħal Safi u Ħal Farruġ filwaqt li dak tas-seba’ huwa kompost mir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, Mtarfa, Mġarr u Baħrija.

Fil-kumment tagħha Farrugia Portelli sostniet li kien u għadu privileġġ li s-servi fil-Parlament u fil-Kabinett bħala Ministru. Kienet esperjenza li biha tgħallmet il-kobor tal-kliem li s-servi b’lealta’ lejn il-ġurament li ħadet erba snin ilu. Hija kompliet tgħid li twiegħed impenn biex jekk terġa tiġi eletta tkompli taħdem favur il-familji Maltin u Għawdxin.

Farrugia Portelli, li fil-mument hija l-Ministru Għal Inklużjoni u l-Kwalita tal-Ħajja, ikkontestat għal ewwel darba f’isem il-Partit Laburista fl-2017 fejn minkejja kampanja elettorali qasira, kienet ġiet eletta fuq il-ħames distrett. Fil-passat hija ħadmet fil-kamra tal-aħbarijiet tal-stazzjon tal-partit laburista kif ukoll kienet editur ta’ wieħed mill-ġurnali lokali.

 

Ritratt: Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com