‘Squid Game’ – Il-Fenomenu L-Ġdid Li Reġa’ Ta L-Ħajja Lil Bosta Fabbriki Tal-Ħjata Fil-Korea
Is-serje fuq Netflix, ‘Squid Game’ jidher li ħalla mpatt kbir madwar id-dinja, hekk kif issa bosta nies qed ifittxu l-ilbies sinonimu ma’ dan is-serje għal żmien il-Halloween.
Bosta fabbriki tal-ħwejjeġ kienu qegħdin jikkumbattu biex jibqgħu miftuħa minn ħabba n-nuqqas kbira ta’ xogħol minħabba l-pandemija. Pero dan is-serje ħa jkun ir-raġuni għaliex ħa jibqgħu miftuħa, hekk kif bosta nies qed ifittxu li jixtru t-tracksuit ħadra jew il-libsa roża li jintlibsu waqt dan is-serje tant popolari.
Wieħed mis-sidien ta’ fabbrika qal li Ottubru normalment ikun kwiet, però bħal issa ma jistgħux ilaħħqu mal-eluf ta’ ordnijiet li għandhom. Qal ukoll li n-nies qed ifittxu l-marka li tgħid ‘Made in Korea’.
L-industrija tal-ħjata tal-ħwejjeġ kienet sejra ħażin fil-Korea hekk kif kien qed ikun diffiċli biex jikkompetu ma’ pajjiżi bħaċ-Ċina, Vjetnam u l-Indoneżja minħabba l-pagi baxxi li jħallsu f’dawn il-pajjiżi.
S’issa f’xahar ‘Squid Game’ ġie segwiet minn 142 miljun persuna.
Ritratti: Sky News