José Herrera Dalgħodu Fakkar Anniversarju Fil-Karriera Tiegħu – Ħabbar Ukoll Il-Pass Li Jmiss…

 José Herrera Dalgħodu Fakkar Anniversarju Fil-Karriera Tiegħu – Ħabbar Ukoll Il-Pass Li Jmiss…

Dalgħodu l-Ministru José Herrera permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali fakkar kif bħal lum 25 sena ilu kien rebaħ l-elezzjoni l-Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant.

“Id-data tas-26 ta Ottubru 1996, kienet id-data li fiha ġejt elett bis-saħħa tal-votanti tal-ewwel distrett għall-ewwel darba ta’ 35 sena,” qal dalgħodu Herrera.

Il-Ministru José Herrera qal li tul dawn il-25 sena serva dejjem b’lealtà lejn il-kostitwenti tal-ewwel distrett kemm mill-Oppożizzjoni u kemm fil-Gvern.

“Għamilt u ser nibqa’ naħdem fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi, fil-parlament u fil-ħidma Ministerjali tiegħi, sabiex nmexxu l-quddiem il-ħidma tal-Partit Laburista fil-Gvern,” kompla jgħid Herrera filwaqt li ħabbar li ħa jkun qed jerġa’ jikkontesta fl-elezzjoni li ġejja.

“L-istess se nibqa’ nagħmel fiż-żmien li ġej meta se nkun qed nerġa nikkontesta mal-Partit Laburista fl-elezzjoni li jmiss sabiex nirrapreżentakom fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament,” saħaq José Herrera.

Huwa temm jgħid li llum f’din id-data tant importanti fil-karriera politika tiegħu xtaq jirringrazzja lill-familja tiegħu li kienet dejjem hemm miegħu, “ma jistgħax jonqos li nirringrazzja lil dawk kollha li taw semhom u għenuni tul l-aħħar 25 sena u kif ukoll dawk li ma għadhomx magħna. Fuq kollox nirringrazzja lil kostitwenti kollha ta’ l-ewwel distrett li dejjem fdawni biex nirrapreżenthom tul l-aħħar 25 sena.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com