Bħal-Lum Kien Beda Uffiċjalment S-Servizz Tal-Posta F’Malta Fil-Każin Malti

 Bħal-Lum Kien Beda Uffiċjalment S-Servizz Tal-Posta F’Malta Fil-Każin Malti

Kien is-27 t’Ottubru tal-1787 meta beda uffiċjalment is-servizz tal-Posta f’Malta. Dan sar billi nħatar id-Direttur tal-Posta mill-Ordni ta’ San Ġwann.

Huwa kien id-Direttur Domenico Montanaro li kien ħa l-awtorizzazzjoni mingħand il-Gran Mastru De Rohan.

Wara, Montanaro beda jissejjaħ Kummissarju tal-Posta. Wara l-okkupazzjoni ta’ Malta mill-Franċiżi, Montanaro żamm il-ħatra u taħt l-Ingliżi nħatar bħala l-ewwel Direttur tal-Posta f’pajjiżna.

Il-post li ntuża għall-posta kien il-Casa del Commun Tesoro li llum nafuh bħala l-Każin Malti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com