Il-Parlament Portugiż Ivvota Kontra L-Budget Għall-2022

 Il-Parlament Portugiż Ivvota Kontra L-Budget Għall-2022

Il-Parlament Portugiż ivvota kontra l-Budget għall-2022, dan jista’ jwassal biex tissejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija.

Dan il-Budget li kien propost mill-Prim Ministru Portugiż António Costa m’għaddiex wara li 117-il Membru Parlamentari vvutaw kontra l-Budget, 108 vvutaw favur u 5 astjenew.

Permezz ta’ dan il-Budget il-Gvern kellu l-għan li l-ekonomija terġa’ tirkupra bl-għajnuna ta’ fond ta’ €9.7 biljun allokati mill-Unjoni Ewropea.

Fid-diskors ta’ wara l-vot, Costa qal lill-Membri Parlamentari Portugiżi, “għamilt dak kollu li stajt biex dan il-Baġit jaħdem mingħajr ma jkun ta’ detriment għall-pajjiż”.

Minkejja dan, il-Partit Komunista Portugiż li normalment jivvota mal-Gvern ta’ Costa, akkuża lill-Gvern li m’għamilx biżżejjed biex itejjeb is-servizzi pubbliċi.

Kollox jindika li l-President de Sousa se jkun qed jxolji l-Parlament matul il-ġimgħa d-dieħla. Skont il-liġi kostituzzjonali tal-Portugall, jekk tissejjaħ l-elezzjoni, din trid issir f’Jannar li ġej.

Ritratt: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com