Jinżamm Arrestat Is-Sudaniż Wara Li Ġie Akkużat B’Attentat Ta’ Qtil

 Jinżamm Arrestat Is-Sudaniż Wara Li Ġie Akkużat B’Attentat Ta’ Qtil

Is-Sudaniż li tressaq il-Qorti aktar kmieni llum inżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud bl-attentat ta’ qtil. Il-vittma huwa Hasan Smaila Mohammed raġel Niġerjan ta’ 31 sena li joqgħod l-Imsida li spiċċa l-isptar wara li qala’ daqqiet ta’ mus nhar l-Erbgħa filgħodu fi Ġnien 6 ta’ Awwissu, il-Marsa.

Il-Pulizija arrestaw lil Moubarak Mohammed Adam Altayeb, Sudaniż ta’ 45 sena, fil-Marsa stess. Il-Pulizija waqt l-arrest sabet żewġt imwies fil-pusses tal-akkużat, li wieħed minnhom intuża’ biex fera lin-Niġerjan.

Allegatament is-Sudaniż ipprova jisraq lill-vittma qabel ma nqala’ l-argument. Dan il-każ inqabad ukoll minn cameras tas-CCTV fejn intwera ċar li kien Altayeb liattakka lill-vittma.

L-investigazzjonijiet tmexxew mill-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun bl-akkużat jitressaq il-Qorti mill-Ispetturi Lydon Zammit, Roderick Attard u Stephen Gulia li kienu mgħejjuna mill-Avukati Anthony Vella u Etienne Savona f’isem l-Avukat Ġenerali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com