Is-Sajf Ta’ San Martin – Il-Ħamis Mistenni Jerġa’ Jkun Jum Sħun

 Is-Sajf Ta’ San Martin – Il-Ħamis Mistenni Jerġa’ Jkun Jum Sħun
Wara tmiem Ottubru mill-aktar milwiem li fih rajna pressjoni baxxa waħda wara l-oħra jilħqu l-gżejjer Maltin, Novembru se jiftaħ xott u sħun, grazzi għal pressjoni għolja li ser tissaħħaħ fuq il-Libja u testendi saċ-ċentru u l-Lvant tal-Mediterran.
Dettalji:
It-temp mistenni li jkun ġeneralment bnazzi fil-jiem kollha tal-ġimgħa d-dieħla, iżda b’ammont varju ta’ sħab medju u għoli f’xi ġranet u jsir imdaħħan. L-aktar jiem xemxin se jkunu t-Tlieta 2/11 u l-Erbgħa 3/11 u t-temp ser jerġa’ jisħon konsiderevolment.
Ir-riħ se jonfoħ mill-Punent u l-Majjistral (moderat sa Forza 5) għall-ewwel, iżda jsir riħ isfel mill-Erbgħa 3/11, kultant ftit qawwi jew b’xi buffuri. Umdu mix-Xlokk fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla.
It-temperatura massima se togħla b’madwar 7°C minn ~22°C għal madwar 29°C, bl-aktar jum sħun antiċipat li jkun il-Ħamis 4/11. It-temperaturi minimi se jogħlew ukoll u jkunu bejn it-18°C u t-22°C.
It-temperatura tal-baħar tkompli nieżla u issa tinsab f’medja ta’ 23°C, li hi madwar 2°C aktar sħuna mill-medja tal-bidu ta’ Novembru.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com