Ilbieraħ Kienet L-Aħħar Ġurnata Tal-Ħanut Popolari Fil-Mellieħa ‘Patisserie’

 Ilbieraħ Kienet L-Aħħar Ġurnata Tal-Ħanut Popolari Fil-Mellieħa ‘Patisserie’

Kienet il-familja Vella li għal dawn l-aħħar 34 sena mexxew il-ħanut tant popolari fi Triq il-Kbira l-Mellieħa, ‘Patisserie’.

Dan il-ħanut kien infetaħ minn Twanny Vella li umbad wara mewtu kien għadda f’idejn it-tliet t’itfal tiegħu.

Din id-deċiżjoni li jingħalaq il-ħanut ittieħdet meta f’Awwissu li għadda miet Darren, wieħed mill-ulied ta’ Twanny li kellu biss 45 sena.

Il-familja Vella bdiet fis-settur tal-ikel permezz tal-famuż ‘Belle View’. Kien Żaren missier Twanny li beda f’dan is-settur tal-catering u li għal bosta snin kien post popolari ferm u frekwentat fil-Mellieħa.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu l-Membri Parlamentari Mellieħi, Robert Cutajar kiteb li f’isem tant nies li nqdew minn dan il-ħanut rringrazzjahom tas-servizz tajjeb u dedikat li dejjem taw.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com