Fl-Awstralja Tinstab Qawwija U Sħiħa T-Tifla Ta’ 4 Snin Li Kienet Ilha Mitlufa 18-il Jum

 Fl-Awstralja Tinstab Qawwija U Sħiħa T-Tifla Ta’ 4 Snin Li Kienet Ilha Mitlufa 18-il Jum

Fl-Awstralja tinstab qawwija u sħiħa t-tifla ta’ 4 snin li kienet ilha mitlufa 18-il jum.

Cleo Smith kienet sparixxiet minn kamp waqt li kienet mal-familja tagħha f’parti remota fil-Punent tal-Awstralja.

Bosta appelli kienu saru mill-ġenituri tul dawn l-aħħar jiem sabiex il-pubbliku jkun jista’ jgħinhom fit-tiftix ta’ binthom wara li kienet għebet fis-16 ta’ Ottubru.

Illum b’aħbar sabiħa ferm il-Pulizija kkonfermaw li Cleo Smith instabet f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba, msakkra f’dar madwar 100 kilometru ‘l bogħod minn fejn kienu bil-kamp.

Il-Pulizija qalet li arrestat raġel ta’ 36 sena b’rabta ma’ dan il-każ.

Ritratti: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com